top of page

Pa meta ikkwitajt hekk?

Naf li mintix kwiet.

Naf li għandek ħafna xi tghid.

Naf li l-mummy tgħid ħafna u ma tħallikx tfendi waħda.

Naf li timmisjani

Naf li tħobbni

Naf li tħobbni iktar mill-baħar u naħseb anke minn ħuti

Naf li mhux suppost ngħid hekk

Naf li jien nghid hafna affarijiet li mhux suppost nghid

Naf li inti tiehu gost tismaghhom

Naf li tiehu gost meta nghid affarijiet li mhux suppost nghid 

u meta nizboh xaghri roza u meta nghid kliem 

bhal alazobbi u il-liba

Naf li li thobbni

Taf li nhobbok

Naf ukoll li qalbi tugghani gieli wara li niltaqghu jien u int

Ghax meta nisimghek tkanta strangers in the night ta’ Frank Sinatra ma tkunx kwiet.

Tkun mixghul

Tkun int

Tkun ikhal

U meta dak jitlaq u terga’ tikkwieta iggennini pa.

 

Qed tisimgħu leħni irrabjat pa?

Irrabjata għax ma nistax nifhem pa.

Irrabjata għalik talli sawwatt lili, lil huti u lil mama u irrabjata għan-nannu li sawwat lilek u għal bużnannu li sawwat lilu. Irrabjata għax jien parti minn dir-rabja ġenerazzjonali.

Irrabjata talli tintefa’ kwiet fuq is-sufan u talli toqgħod fuq il-computer siegħat twal.

Irrabjata talli kellek toqtol kull naħa ħajja tieghek innifsek biex issir ĠEBLA għal familja.

Issir ġebla u ssalva.

Issir missieri iehor li sar ġebla muta u ma jidhirx.

Irrabjata talli il-mamà qalbitielek u ġennitlek mohhok. Irrabjata talli int wassalta fi stat li kellha taqlibielek daqs kemm kellha bzonn affezjoni mingħand xi ħadd min ikun.

Talli inti kont tiswied, tirrabja u terfa’ idejk.

Irrabjata talli intom it-tnejn qatt ma ġejtu flimkien

Irrabjata talli bqajtu flimkien f’isem tal-missier u l-iben u l-ispirtu s-santu.

Irrabjata talli tibqa’ sostni li int taf x’inhi l-imħabba u talli titkellem b’mod assolut

Nirrabja għax ma nifhimx.

 

U fl-istess ħin qed tinduna kif kull meta niġi lura minn belt ir-roti inkun irrid ngħannqek il hin kollu kull sekonda kull minuta

Inkun irrid immissek pa

Inkun irrid immissek b’liktar materjali teneri li jezistu fid-dinja pa

Bil-bellus 

Naf li inti raġel tajjeb pa

Naf li inti għamilt minn kollox

Naf li weġġajt hafna pa

Naf li tbagħalt għal familja pa

Mela la naf kollox ghala qed niktiblek pa?

Irrid konverzazzjoni u nibqa’ nikteb il-monologi.

Nibża minn x’se tgħidli lura

Mhux għax se jkun falz jew irrabjat

Le.

Naf li twieġeb bi ftuħ u onestà.

Nibża biss li nkun irrid iktar u iktar u iktar.

U naf li inti jaf tgħidli stop

U dik l-istop

Ma nkunx irrid nismagħha

 

Għax naf dan kollu fl-istess hin ma naf xejn fuqek pa

Jafek xi ħadd lilek pa?

L-istorja tommi nista’ ngħida ta’ wara quddiem in out and shake it all about 

Fuqek naf ukoll stejjer pa. 

Naf fuq meta waqajt mill-gallerija u qsamt rasek u meta tlaqt mill-Malta Rubber u meta missierek kien joħorġok miegħu.

Imma ma nafekx veru pa. 

Ma nafx in-naħat mhux ċensurati tiegħek pa

Int iċċensurat ħafna pa.

Iċċensurat minn Alla, missierek u minnek stess.

Min int pa

Kif tkun meta tkun qed tħossok waħdek?

Kif tkun meta tkun qed tħossok imbeżża’?

Kif tkun meta l-mummy taqbad tgħajjrek ma tieqafx?

Kif kont tkun wara li kont isawwatna?



 

Nibza’

Jien u nikteb qed nibza

Nibza’ minn saħħti.

Saħħa ta’ mara ġejja lura għax tħobb u trid tisma’

Ghalfejn nitakarni daqsekk imbezza’ minnek pa u ghalfejn issa sirt narak qisek pupu zghir li irrid nghannqu?

Kif jistaw jezistu dawn l-affarijiet opposti hekk f’daqqa pa?

Ghalfejn ma naccettax daż-żewġ oopposti fik meta fija hemm elf wiehed?

 

U ghala nibza daqsekk li tmut pa?

Ghala nibza iktar ma jghaddu il-jiem li tmut u ma nkun nista’ nghidlek dal-kliem?

Ghalfejn nista nghidu lid-dinja u mhux lilek bilqieghda go salott?

Pa ghala qed nghid dal-kliem lilek u mhux lid-dinja pa?

Ghala qed nghidu lilek pa? 

Ghala mhux qed nghidu lin-nannu u buznannu u buz buz buz nanu li kull darba li ma kienux jafu jrazznu it-tfal splodew hekk?

Ghala missierek kien idahhalek wiccek gos-soppa talli qadt iteftef fiha? 

Int tifel zghir b’ghajnejh zoroq imqareb li probabbli kull ma ried naqa chips.

 

Pa kif tkun papa?

Pa kif tkun mama?

Pa temmen li nhobbok pa?

Temmen li nhobbok kompletament anke jekk qed nikteb dan kollu. 

Temmen li nikteb dan kollu ghax nemmen li b’xi mod dan jista’ jqarribna lejn xulxin. 

Naf li iebes tisma’ dan kollu pa. Naf li mhux facli.

Ma nghidulekx biex inweggak nghidulek ghax irrid li nitkellmu u ma nistax inkellmek jekk nibqa’ nilghaba ta’ tifla hdejk. Irrid inkun bintek li issa saret mara. 

Jien mara.

Jien mara missieri.

 

(pa irrid infiequ pa!)

bottom of page